Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa ġie arrestat wara li nqabad bid-droga sintetika. Il-Pulizija arrestat lir-raġel is-Sibt filgħaxija meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu qegħdin il-Fgura u nnutaw raġel li beda jaġixxi b’mod suspettuż waqt li kien f’karozza.
Il-Pulizija marru fuq ir-raġel u wara tfittxija li għamlu fuqu u fil-karozza nstabet sustanza suspettata droga sintetika. Ir-raġel ġie arrestat u ttieħed fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
Huwa mistenni jistressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.