Raġel ta’ 38 sena ġie arrestat, mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, b’rabta ma’ żewġ hold-ups.
Dan wara li l-Pulizija rċeviet rapport li f’Ħal Qormi persuna sgassat vettura u serqet xi affarijiet minnha. Huwa kien arrestat fuq il-post
Minn aktar stħarriġ irriżulta li dan ir-raġel, l-Erbgħa li għadda, allegatament wettaq serqa f’ħanut fi Triq Santu Wistin, f’San Ġiljan.
Allegatament huwa wettaq serqa oħra, f’ħanut li jinsab fi Triq it-Tin Ħal Qormi. Minn investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li ħalliel, armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier il-flus u wara ħarab minn fuq il-post.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras.
Intant, żewġt irġiel oħra se jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ serq minn vetturi u lukanda rispettivament.