Raġel ta’ 37 sena ġie arrestat b’rabta ma’ tliet serqiet li seħħew fl-aħħar jiem minn ħwienet differenti f’Birkirkara.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara diversi analiżi ta’ filmati tas-sigurtà, ġie identifikat l-allegat ħalliel u aktar kmieni llum, il-Pulizija arrestawh minn residenza fil-Ħamrun.
Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.