Azzjoni immedjata mill-Pulizija fuq rapport ta’ serq minn vetturi fil-Marsa, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 22 sena. Il-każ seħħ aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:45.
Wara li rċeviet informazzjoni dwar persuna suspettuża li qiegħda tipprova tisgassa xi vetturi fi Triq il-Ħaddiem, il-Pulizija minnufih wettqet rondi fl-akwati fejn ġie nnotat raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni mogħtija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu ġie arrestat minnufih u waqt tfittxija fuqu nstabu diversi oġġetti allegatament misruqa, flus kontanti u ammont ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis, mqassma f’diversi pakketti.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.