Investigazzjonijiet intensivi wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena, li allegatament wettaq numru ta’ serqiet bejn Marzu u April minn vetturi f’Raħal il-Ġdid u Bormla.
Mill-vetturi nsterqu diversi oġġetti fosthom flus, ċviewet u mowbajl kif ukoll saru diversi ħsarat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar tard illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech.