Investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 27 sena residenti l-Gżira.
Wara osservazzjoni fuq remissa fil-Marsa, li fiha allegatament kienet qiegħda tkun ittraffikata d-droga, ilbieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija iċċirkondawha, daħħlu ġewwa u arrestaw ilpersuni li kien hemm fiha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn tfittxijiet li saru, il-Pulizija elevat numru ta’ qratas b’sustanza suspettata droga kokoaina u kannabis, kif ukoll mwieżen diġitali u diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.
Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.
Ir-raġel ser jitressaq il-Qorti dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax u kwart.