Tork ta’ 34 sena se jitressaq il-Qorti dalgħodu b’rabta ma’ ħruq ta’ karozza.
Nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu, il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu fi Triq Clarence l-Imsida, fuq vettura li kienet qed taqbad.
Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija waqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta.
Wara biss ħamest ijiem ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija rnexxielha tiddentifika l-allegat persuna li qabbad il-vettura u ġie arrestat ilbieraħ.