Tuneżin ta’ 30 sena mill-Pietà, ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament wettaq diversi serqiet u froda diversi persuni.
Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet konġunti mill-Pulizija tad-Distretti ta’ San Ġiljan, ta’ Birkirkara kif ukoll tal-Belt Valletta fuq rapporti ta’ serq u frodi, ġie identifikat l-allegat ħalliel. Ilbieraħ, ir-raġel ġie arrestat minn residenza fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira. Minn tfittxijiet li saru fir-residenza u fil-vettura tiegħu, instabu diversi oġġetti li kienu rrapurtata nieqsa.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax (1100hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia.