Raġel ta’ 37 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga, fil-Qawra.
Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs, Pulizija li kien fuq ronda fi Triq Annetto Caruana nnota vettura pparkjata f’kantuniera.
Ftit tal-ħin wara l-Kuntistabbli lemaħ lil sid il-vettura u talbu ddettalji sabiex tinħareġ kontravenzjoni u kien f’dak il-mument li huwa qajjem suspett li seta’ kellu xi ħaġa llegali.
Waqt tfittxija li saret fil-vettura, instabu xi flus kontanti, ponn tal-ħadid. Minħabba li dawn loġġetti qajmu aktar suspett, kompliet it-tfittxija fil-vettura fejn il-Pulizija sabet 19-il qartas bi trab kannella suspettati droga eroina u 27 boroż żgħar b’sustanza bajda suspettata kokaina.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija il-Floriana, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D qiegħda tmexxi inkjesta