Raġel mgħammad u armat b’arma bil-ponta seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija jidher li r-raġel armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel minn Santa Venera.
Wara s-serqa, r-raġel ħarab minn fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana. Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.