Raġel armat qed iżomm 20 persuna ostaġġ fuq karozza tal-linja fil-Belt ta’ Lutsk fl-Ukrajna.
Il-pulizija qalet li ġew sparati xi tiri iżda s’issa ma ġew irrapurtati l-ebda midruba. Il-Ministru tal-Intern Ukren Anton Herashchenko stqarr li r-raġel qed jgħid li għandu bomba. Dan filwaqt li s’sissa mhux magħruf eżattament x’inhuma t-talbiet tar-raġel.
Nies li jinsabu fil-viċinanzi qed ikunu mitluba biex ma joħorġux minn darhom jew mill-uffiċini fejn jaħdmu.
Uffiċjali ta’ kontra t-terroriżmu iċċirkondaw il-karozza tal-linja filwaqt li għalqu ċ-ċentru tal-Belt.