Raġel mgħammad u armat b’arma li taqta u bil-ponta dalgħodu wettaq hold up minn ħanut f’Birkirkara. Il-kaz gara għal ħabta tas-6:00am.
Il-‘hold up’ sar minn ħanut fi Triq Fleur De Lys, fejn ir-raġel daħal u talab lill-kaxxiera ta’ 29 sena minn Ħaz-Zabbar biex itih il-flus mill-‘cash register’.
Jidher lill-ammont ta’ flus misruq huwa żgħir. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post.
L-investigazzonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-kaz qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Birkirkara.