Raġel armat daħal jispara f’ħanut tal-merċa ta’ Walmart f’Chesapeake fl-istat Amerikan ta’ Virginia u qatel għaxar persuni.
Ir-raġel, maħsub li huwa l-manager tal-ħanut, fetaħ in-nar fuq in-nies imbagħad qatel lilu nnifsu.
Fil-ftit dettalji li ħarġu sa issa, jidher li minn tal-inqas għaxar persuni nqatlu u hemm oħrajn midruba, filwaqt li l-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.
Walmart qal li jinsab ixxukkjat b’dan l-avveniment traġiku u qed jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-infurzar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI