Għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq San Pawl, Bormla.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes hoodie allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 30 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.