Raġel ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid tressaq il-Qorti akkużat li pprova jsuq bil-karozza għal fuq uffiċjal tal-pulizija, filwaqt li ma mexiex ma’ ordnijiet li ngħata minnhom f’San Pawl il-Baħar.
L-akkużat mar minn jeddu l-għassa tal-pulizija u wieġed li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih mill-Prosekuzzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat tal-Għassa laqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest min-naħa tad-Difiża fuq diversi kundizzjonijiet.