It-team nazzjonali malti tar-Raffa rebaħ il-kompetizzjoni tad-doppji waqt it-Turnament Internazzjonali tat-Turkija li qed isir fil-belt ta’ Kemer.It-team malti ffurmat mill-plejers David Farrugia u Rennie Farrugia, fil-finali għeleb lill-Polonja bl-iskor konvinċenti ta’ 12-2. Sabiex waslu sal-finali aktar kmieni llum rebħu s-semifinali kontra s-Slovakja.Intant għada s-sibt David Farrugia se jkun impenjat fis-semifinali tal-kompetizzjoni tal-precision shooting. Huwa se jikkompeti kontra plejers mill-Alġerija, Slovakja u Latvja.