Il-plejer malti tar-Raffa David Farrugia rebaħ żewġ midalji oħra waqt it-Turnament Intrenazzjonali tat-Turkija f’Kemer. Farrugia rebaħ fidda fil-precision shooting u bronż fil-mixed doubles.
Fil-Precision Shooting, David Farrugia ikkompeta kontra avversarji mill-Alġerija, Slovakja u Latvja. Huwa ikkwalifika għas-semifinali kontra l-Alġerija fejn ħareġ rebbieħ. B’hekk għadda għall-finali kontra avversarju mis-Slovakja iżda sfortunatament tilef din il-logħba 23-19. Farrugia b’hekk rebaħ il-midalja tal-fidda.
Aktar kmieni s-sibt, David Farrugia ħa sehem fil-mixed doubles. Flimkien miegħu kien hemm plejer mill-Hong Kong.
Huma tilfu fis-semifinali kontra t-tim organizzatur it-Turkija bi skor ta 7-6. B’hekk ħadu l-midalja tal-fidda.
Dan ifisser li fit-turnament fit-Turkija, David Farrugia rebaħ tliet midalji: deheb (fid-doppji maskili), fidda fil-precision shooting u bronż fil-mixed doubles.