Raġel ta’ 47 sena mir-Rabat ddaħħal l-isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura tat-tip Honda misjuqa minn Rabti ta’ 42 sena. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Belt Valletta f’Ħ’Attard.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija flimkien ma tim mediku fejn taw l-ewwel għajnuna lir-raġel qabel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.