Dan kien l-ikbar studju tat-tip tiegħu, imwettaq fost miljun mara Daniża li għandha bejn il-15 u l-34 sena, li kienu osservati għal 13-il sena.
Riċerkaturi sabu li nisa li jieħdu kontraċettivi b’tipi ta’ ormoni differenti mħallta għandhom 23% aktar possibiltà li jkollhom djanjożi ta’ dipressjoni. Dawk li jieħdu pilloli bil-progesterone biss (il-mini-pill) għandhom 34% ċans li jkollhom dipressjoni.
Żagħżagħ huma fost dawl l-aktar f’riskju ta’ dipressjoni, bi 80% żieda fil-possibiltà ta’ dipessjoni meta jieħdu l-‘pill’. Ir-riżultati huma aktar inkwetanti meta jintużaw alternattivi oħra, bħal coil, patch u ring.
Riċerkaturi nnotaw li tobba għandhom tendenza ferm inqas li jagħtu l-‘pill’ lil nisa li għandhom dipressjoni u nisa li jesperjenzaw dipressjoni waqt li jkunu qed jieħdu din il-pillola aktarx jieqfu jieħduha. Għalhekk aktarx hemm ħafna każijiet fejn seta kien hemm effett negattiv fuq is-saħħa mentali tal-mara, li ma ġewx studjati bir-reqqa.