Il-Pulizija Amerikana identifikaw lil Audrey Hale ta’ tmienja u għoxrin sena bħala l-persuna wara sparatura fi skola f’Nashville, liema sparatura ħalliet tliet studenti u tliet adulti mejta.
Il-Pulizija qalu li Hale, li hija trans, kellha tliet armi tan-nar u mappa tal-iskola ddettaljata, hekk kif hija kienet eks studenta tal-istess skola.
Hija ġiet maqtula mill-Pulizija wara li dawn daħlu fl-iskola.
Bosta ġenituri tat-tfal li jmorru f’din l-iskola esprimew ir-rabja u d-dieqa tagħhom għall-fatt li reati atroċi bħal dawn saru normali fl-Istati Uniti.
Din kienet il-mija disgħa u għoxrin sparatura tax-xorta tagħha fl-Istati Uniti mill-bidu ta’ din is-sena.