Persuni midħla tal-qasam legali qed jistmerru l-kummenti li qed iħalli b’mod kontinwu l-Prim Imħallef Emeritu Silvio Camilleri fuq siti tal-aħbarijiet lokali.
Wara li l-aqwa mħuħ legali f’pajjiżna ħarġu jappoġġjaw diversi aspetti tar-riforma fl-inkjesti Maġisterjali, kellu jkun Silvio Camilleri li jagħżel li jattakka lill-Gvern b’tgħajjir u vokabularju baxx fuq comments boards tal-mezzi soċjali.
Is-sorsi legali li tkellmu ma’ ONE News iddikjaraw ruħhom maħsuda bil-mod kif Prim Imħallef Emeritu qed iċekken lilu nnifsu b’dan l-aġir. F’wieħed mill-kummenti tiegħu, Camilleri jgħajjar lill-amministrazzjoni tal-pajjiż bħala stupidi u bla sinsla.
Ftit tal-jiem ilu, il-Prim Imħallef Emeritu kiteb dan il-kumment:

Bħal dan il-kumment, jidher li jeżistu mijiet oħra kontra l-Gvern minn Silvio Camilleri bi kliem mill-aktar partiġġjan u iebes.
Avukati ewlenin sostnew li dan huwa lingwaġġ li s-soltu jintuża minn fanatiċi li jitilfu rashom fuq il-politika u mhux minn eks membri tal-ġudikatura li għandhom jgħozzu l-bilanċ u l-imparzjalità.
Silvio Camilleri ġie maħtur Prim Imħallef, fi żmien il-Ministru Carm Mifsud Bonnici, wara li kien għamel żmien jipprattika fl-uffiċċju ta’ missieru, Ugo Mifsud Bonnici.
Mhux magħruf jekk il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hijiex se tinvestiga jekk dawn il-kummenti militanti jiksrux l-etika li għandu jżomm Prim Imħallef Emeritu u li minflok qed jirrikorri għal preġudizzju ċar kontra l-Partit Laburista u l-Prim Ministru tal-pajjiż.
AQRA AKTAR: