Sostenituri tal-Partit Nazzjonalista jinsabu rrabjati għal mod kif fit-tnedija tal-kampanja elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista lanqas wassal trażmissjoni għaliex ix-xandira bdiet il-ħin kollu taqta’.
Fil-fatt fuq l-istazzjoni televiżiv tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kellu jaqta’ d-diskors tal-Kap u xandar tele-shopping.
Id-diskors tal-Kap inqata’ f’nofsu ħesrem filwaqt li ta’ Metsola u kelliema oħra xxandar imma ħafna drabi bl-iskossi fejn ix-xandira bdiet taqta’ u terġa’ tiġi għal ftit mumenti u terġa’ taqta’.
Sostenituri u segwaċi tal-midja Nazzjonalista ilmentaw u ħarġu r-rabja tagħhom fejn sostnew li dan mhux il-mod kif il-Partit Nazzjonalisti jniedi kampanja elettorali għall-elezzjonijiet li ġejja.
Xi ħadd kiteb “Min irid imexxi lil Malta, lanqas kapaċi jagħmlu sound sura.”
Dan filwaqt li oħra kitbet “Not a word I can listen to. Mela no-one does a sound check”, staqsiet.
Kumment ieħor staqsa fejn qed imorru l-flus li qed jiġbor il-Partit Nazzjonalista li qal li qed imorru għal apparat ġdid fil-midja tiegħu.
Fl-aħħar ġimgħat, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li jrid li l-istazzjonijiet politiċi għandhom jagħlqu.