Lejlet il-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, kompliet tiżdied ir-rabja kontra t-tmexxija tal-istess parroċċa, li għandha lil David Cilia bħala Arċipriet u David Torpiano bħala l-Viċi tiegħu, minħabba allegati attakki b’sentimenti partiġġjani li jxaqilbu favur il-Partit Nazzjonalista.
Dan wara li, l-Erbgħa li għadda, ONE News irrapporta kif ir-Reverendu Torpiano kiteb fuq Facebook li “f’pajjiż korrott, wieħed ma jistenniex deċiżjonijiet ġusti”, b’referenza għal tender suspettuż għar-restawr fuq il-knisja li twaqqaf.
Għalkemm il-Viċi Arċipriet irtira l-kumment, jidher li aġir simili li jgerrex lill-parroċċani Pawlini fil-Belt ilu għaddej is-snin.
Dwar dan illum kiteb ċertu Stefano Zampa mill-Belt stess, li wkoll indika kif l-Arċipriet spiss iwassal botti partiġġjani fl-omeliji tiegħu, waqt li wkoll jieħu sehem fl-attivitajiet ta’ għaqdiet estremisti Nazzjonalisti, aktarx b’referenza għal Repubblika u Occupy Justice.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/09195140/Zampa-1024x658.jpg)
Wara li appella lil iżjed parruċċani Pawlini biex, flok jibqgħu jweġġgħu fis-skiet, jesprimu r-rabja tagħhom, Zampa temm il-messaġġ twil tiegħu b’ton ironiku u tenna biex issa fil-marċ tal-festa jifirħu u jilqgħu lil xi Bernard Grech u David Casa, fost oħrajn.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/09195218/Zampa-4.jpg)