L-Istati Uniti u l-Korea ta’ Isfel qed iwettqu eżerċizzji militari annwali li b’mod konsistenti toħloq rabja fi Pyongyang.
Dan minkejja appelli biex dawn l-eżerċizzji jieqfu.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Korea ta’ fuq dehret terga lura mit-theddida li tibgħat missile lejn il-gżira paċifika tal-Istati Uniti, Guam.
Dan fl-istess waqt li qalet li ser issegwi l-azzjonijiet tal-Istati Uniti.
Washington iddeskrivit l-eżerċizzji bħala difenssivi min-natura tagħhom iżda n-naħa ta’ fuq tal-Korea tarahom bħala preparazzjoni għall-invażjoni.