Wara l-attakk li seħħ ilbieraħ fis-suq tal-Milied f’Magdeburg fil-Ġermanja, huma ħafna l-mistoqsijiet li l-awtoritajiet Ġermaniżi qed jiffaċċjaw, speċjalment rigward is-sigurtà u x’kienu jafu dwar is-suspettat akkużat.
Mill-investigazzjoni jidher li l-aggressur uża karreġġata li tintuża bħala aċċess għal vetturi ta’ emerġenza biex jidħol fis-suq tal-Milied, liema azzjoni wasslet biex jinqatlu ħames persuni u jindarbu aktar minn 200 persuna.
Ikkunsidrat baħala ateist, al-Abdulmohsen mexxa sit li kellu l-għan li jgħin lil dawk li kienu Musulmani jaħarbu mill-persekuzzjoni fl-artijiet tal-Golf tagħhom. Il-media soċjali tiegħu kienet mimlija sentiment anti-Iżlamiku u teoriji ta’ kospirazzjoni.
al-Abdulmohsen qed jinżamm arrestat wara li nqabad ftit mumenti biss wara l-attakk fil-post stess.