Tifla li twieldet mingħajr il-pala ta’ idejha t-tnejn rebħet kompetizzjoni nazzjonali tal-kalligrafija. Sara Hinesley ta’ 10 snin uriet il-kapaċità u l-kompetenza tagħha li tagħmel affarijiet bħal ħaddieħor – jekk mhux aħjar.
Hinesley, studenta fit-tielet sena, iżomm il-lapes bejn idejha. Hija qalet li meta l-għalliema tagħha għallmitha kif tikteb, ħassitha kunfidenti mill-ewwel tant li tqisu bħala wieħed mit-talenti tagħha.
Iċ-ċkejkna li rebħet 500 dollaru fi premju qalet li għadha ma tafx x’se tagħmel bil-premju, iżda, ttitama li tfal oħra li għandhom xi tip ta’ diżabilità jkunu inspirati mill-istorja tagħha. Hija qalet li ħassitha kburija u esprimiet li jekk persuna tagħmel l-almu tagħha tottjeni dak li trid.
Omma Sara, Cathryn Hinesley qalet li t-tifla tagħha hija persuna vera indipendenti, kif ukoll taħseb b’mod strateġiku biex toħroġ b’mod li bih tkun tista’ tagħmel l-affarijiet.