Wara li għamel id-diskors tiegħu waqt il-Mass Meeting ta’ nhar il-Ħadd li għadda tal-Partit Laburista, iż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil, ġie attakkat fuq il-midja soċjali. Dwar dan tkellem ma’ Xarabank fejn qal li wara l-kritika li qala’ hu rabba aktar kuraġġ dan għax hu dakinhar tkellem mill-qalb, b’onestà u għalekk m’għandu l-ebda dispjaċir li għamel dan.
Meta ġie mistoqsi jekk kieku jiġi mistieden mill-Partit Nazzjonalista biex jagħmel diskors waqt mass meeting, hu ma jsib l-ebda oġġezzjoni dejjem jekk jitkellem favur id-drittijiet ċivili fejn hu qal li ma jsib xejn ħażin li jitkellem favur xi ħaġa ġusta.
Apparti minn hekk hu ġie mistoqsi dwar jekk il-gideb li qalu dwaru fuq Facebook humiex veritiera, fejn Felix irrisponda għal dawn il-mistoqsijiet b’onestà kbira.
Ara l-filmat biex tara x’kellu xi jgħid Felix Busuttil dwar dawn il-gideb.