Dalgħodu, waqt li kien qiegħed isir xogħol infrastrutturali fi Triq il-Kbira, Rabat, tpoġġa’ skip fi Triq San Pawl, li kien hemm sabiex jilqa’ fih l-iskart mix-xogħolijiet li kienu għaddejjin.
Madanakollu, dan l-iskip malajr intela’ minn nies li ħatfu l-okkażjoni u ħelsu minn affarijiet żejda li kellhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kuntrattur responsabbli mill-iskip, x’ħin rah mimli, iddispona mill-affarijiet fit-triq.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/21183514/WhatsApp-Image-2023-02-21-at-16.10.04-3-1024x768.jpeg)
Spettur tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ħa l-inkargu li jagħmel rapport fl-għassa tal-Pulizija.
Dan wassal biex il-kuntrattur issejjaħ mill-ġdid, b’ordni li jnaddaf it-triq mill-oġġetti mormija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/21183520/WhatsApp-Image-2023-02-21-at-16.10.57-1-768x1024.jpeg)