Kienet għodwa diffiċli għal sid Qween, kelba ta’ sitt xhur, hekk kif kellu jsibha mejta kawża ta’ velenu.
Sid Qween sostna li l-kelba tiegħu mietet kawża ta’ velenu li twaddab minn persuni mhux magħrufa fiż-żona ta’ Selmun, fejn sfortunatament l-kelba tilfet ħajjitha wara li kielet il-velenu jew jista’ jkun ukoll għax xammet il-velenu.
Is-sid qal li l-persuni li waddbu l-velenu m’għandhomx kuraġġ dan hekk kif klieb, bħall-kelba tiegħu, huma ħlejqiet innoċenti u żgur ma ħaqqhomx dan id-destin ikrah.
Fl-aħħarnett hu appella lill-pubbliku biex jieħdu ħsieb jekk ikunu se jieħdu lill-klieb tagħhom Selmun għax jista’ jkun li jiltaqgħu ma’ dan il-velenu