Il-Ministru għat-Turżimu Edward Zammit Lewis kellu kritika ħarxa għad-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo dwar l-Oppożizzjoni tiegħu għall-ekokontribuzzjoni ta’ 50 ċentemu għal kull lejl li t-turisti jqattgħu f’pajjiżna.
Meta kien qed jagħlaq id-dibattitu dwar l-istimi ta’ dħul u nfiq tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għal din is-sena, il-Ministru qal li Arrigo ilu xhur għaddej biex iwaqqaf din l-inizjattiva. Żied jisfidah biex iqum fil-Parlament u jiddikjara l-interess tiegħu għall-ħsara li qed jagħmel lill-pajjiż biex twaqqaf inizjattiva tajba li minnha se jiggwadanjaw l-operaturi.
L-ekokontribuzzjoni kellha tidħol fis-seħħ illum iżda hemm mandat ta’ inibizzjoni l-Qorti u mistenni li joħroġ digriet fuqu. Il-ministru qal: “Nistennew li jinqata’ l-mandat ta’ inibizzjoni u nbaxxi rasi għad-deċiżjoni.” L-ekokontribuzzjoni se tħalli €5 miljun fis-sena u bihom se jsiru proġetti importanti għal pajjiżna.