Il-bidu tax-xahar ta’ Novembru jġib miegħu tifkiriet ta’ persuni għeżież li m’għadhomx magħna f’din id-dinja.
Min ipoġġi bukkett fjuri u min jixgħel xemgħa sabiex isellem lil qrabatu li ħallew din id-dinja qabilna.
Din kienet l-atmosfera fiċ-ċimiterji madwar il-pajjiż kollu dalgħodu, inkluż dak tar-Riżurrezzjoni f’Ħal Qormi, fejn f’Jum il-Mejtin ġiet iċċelebrata quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tal-istess midfen.
Wara l-quddies, l-Arċisqof bierek l-oqbra fil-preżenza ta’ qraba tal-mejtin li nġabru għal mument ta’ talb u ġabra.