Quddies fil-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur twaqqfet ħesrem wara li l-Kappillan telaq minn fuq l-altar fil-mument li patri li jinsab sospiż milli jagħmel xogħol saċerdotali, ingħaqad maċ-ċelebrant fil-mument tat-tqarbin.
Parruċċani qalu li raw l-argument bejn il-Kappillan u l-patri sospiż biswit l-altar; sakemm il-qassis tal-parroċċa Christopher Galea waqqaf il-quddies u daħal fis-sagristija.
Jidher li l-argument inqala’ meta l-parti sospiż, Adrijanu Cachia, libes l-istola u ngħaqad mal-Kappillan fuq l-altar qabel beda t-tqarbin.
Fi stqarrija, il-Kurja qalet li Adrijanu Cachia, li għandu ħamsa u sebgħin sena, m’għadux parti mill-Konkregazzjoni Franġiskana u ma jistax jeżerċita d-dmirijiet saċerdotali fil-pubbliku.
Il-każ ta’ Cachia jmur lura diversi snin meta l-Ordni tal-Franġiskani Minuri kienet insistiet li m’għandux jibqa’ jitqies bħala Patri Franġiskan.
Huwa mifhum li l-patri kien ikkontesta d-deċiżjoni u l-każ għadu pendenti.