Bħal kull sena, qed terġa’ tkun organizzata ċelebrazzjoni b’radd il-ħajr lil Alla tal-istaġun tas-sajf li wasal fi tmiemu.
Il-quddiesa ta’ radd il-ħajr se ssir nhar it-Tnejn, 17 ta’ Settembru 2018 fis-7.00pm fuq is-simenta, Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, qrib it-Torri Wignacourt. Il-quddiesa se tkun animata bis-sehem tal-grupp tal-kitarri tal-parroċċa.
Din il-quddiesa se tkun b’suffraġju għal ruħ Joseph Grixti li fl-1995 kien il-moħħ u beda jorganizzaha kull sena b’radd il-ħajr tal-istaġun tas-sajf bl-għajnuna tal-MUSEUM subien ta’ San Pawl il-Baħar. Fil-preżent, il-qraba u l-ħbieb ta’ Joseph Grixti, li mar jiltaqa’ mal-Mulej fil-25 ta’ Mejju, qegħdin ikomplu fuq il-passi tiegħu bl-organizzazzjoni ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ta’ tmiem is-sajf.
Kulħadd huwa mistieden li jattendi.