Il-Kummissjoni Ewropea preżentat pakkett ta’ miżuri forma ta’ proposta, intiż biex jindirizza l-kriżi fil-qasam tal-enerġija li ġab bosta popli għarkubtejhom minħabba żidiet fil-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl.
Fost il-proposti li semmiet il-Kummissarju Ewropew Kadri Simpson hemm xiri konġunt ta’ fjuwil u l-approvazzjoni ta’ tnaqqis ta’ taxxi fuq ir-riżorsi li jintużaw biex tiġi ġġenerata l-enerġija.
Il-prezz tal-gass żdied b’mitejn u ħamsin fil-mija mill-bidu tas-sena u teżisti pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex taġixxi fuq iż-żieda fil-prezzijiet.
Simpson semmiet li l-istati membri jistgħu jikkunsidraw għajnuna mill-Gvern biex familji vulnerabbli jiġu mgħejjuna u ma jitgħabbix il-piż fuqhom.