Saret ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-Marsa fejn din se tkun qed taffettwa l-provvista tal-ilma fil-parti ċentrali ta’ Malta.
Fi stqarrija l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-ħaddiema tal- korporazzjoni qed jagħmlu dak kollu possibli biex jillimitaw l-inkonvenjent lil pubbliku. Madankollu residenti fiż-żona ċentrali ta’ Malta għandhom jesperjenzaw qtugh fil-provvista tal-ilma.
Aktar dettalji ser jingħataw fil-ħin li ġej fuq il-mezzi tal-midja socjali tal-korporazzjoni
Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400 Il-Korporazzjoni tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.