Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tavża li l-infrastruttura kruċjali fit-Tramuntana ta’ Malta li sa ftit ilu ma kinitx qed tiffunzjona minħabba qtugħ fil-provvista tal-elettriku, bdiet tiġi lura għan-normal. Ir-risku li drenaġġ ifur fil-baħar m’għadux hemm dment li ma jkunx hemm qtugħ ieħor.
Ittieħdu l-passi neċessarji u fejn kien hemm riskju li jfur drenaġġ, il-pubbliku ġie mitlub li jitla’ mill-baħar.
Infrastruttura kruċjali fit-Tramuntana ta’ Malta bħalissa ma kinitx qiegħda tiffunzjona minħabba qtugħ aċċidentali fis-sistema tal-provvista tal-elettriku.