Ir-raġel li huwa akkużat bil-qtil tal-Membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Westminster.
Meta mitlub ismu, Thomas Mair ta’ 52, qal li jismu mewt għat-tradituri, ħelsien għar-Renju Unit.
Cox, li kellha 41 sena, inqatlet b’tiri ta’ pistola u daqqiet ta’ sikkina il-Ħamis f’West Yorkshire.
Ħareġ kif Mair kellu problemi ta’ saħħa mentali u li kien anke jappoġja partiti tal-lemin estrem.
L-akkużat irrifjuta li jagħti ismu propja u ma rrispondix meta mitlub jikkonferma l-indirizz u d-data tat-twelid. Mair inżamm arrestat u se jidher quddiem il-Qorti Kriminali Old Bailey.