Fil-ħin li ġej il-pulizija se tressaq il-Qorti lil raġel li kien ma’ Sylvester Farrugia li fi Frar li għadda nqatel fi Triq Simpson il-Marsa, fl-età ta’ 25 sena.
Hu se jkun akkużat b’attentat ta’ ħruq ta’ dar u serq ta’ karozza. B’dan il-qtil hemm akkużat Deniro Magri li fil-Qorti qal li spara tiri għax kien hemm persuni li kienu se jqabbdu l-faċċata tad-dar tiegħu, fosthom il-vittma Farrugia.
Waqt il-kumpilazzjoni kontra Magri rriżulta li l-investigaturi għarfu wkoll minn fuq filmat tas-CCTV pulizija li fl-aħħar ġimgħat ukoll kien interrogat fit-tul.