Andre Galea jinsab iddispjaċut li l-klieb tiegħu qatlu lil nanntu f’darha fl-Imsida, is-sena li għaddiet.
Dan intqal mill-Ispettur Colin Sheldon waqt li kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Galea.
Intqal kif l-akkużat kellu jieħu xi kura.
Fil-Qorti xehed ukoll it-Tabib Eric Scerri li mar fuq il-post, fejn sab lill-vittma Inez Galea ta’ 94 sena.
It-tabib Scerri qal kif huwa sab lill-vittma wiċċha ’l isfel mgħerrqa f’għadira demm, b’parti mir-riġel tax-xellug nieqes.
Intant, il-Maġistrat Ian Farrugia impona diversi kundizzjonijiet fuq l-imputat għax ma deherx quddiem il-Qorti fis-seduta ta’ qabel.