Il-media Amerikana qed tirrapporta li nqatlu żewġ persuni u iktar minn 16-il persuna sfaw midruba wara li ġew sparati diversi tiri f’diskoteka fi Florida.
Il-Pulizija qiegħda f’Club Blu fejn dak il-ħin kien qed jiġi organizzat party għall-adoloxxenti. Il-vittmi għadhom ma ġewx identifikati. S’issa ġew arrestati tliet persuni li aktarx għandhom konnessjoni b’rabta mal-każ. Qiegħed jiġi rrappurat ukoll li ġew sparati tiri fid-direzzjoni ta’ dar u karozza.
Il-kundizzjoni tal-midruba jvarjaw bejn ġrieħi ħfief u ta’ natura gravi, bil-maġġoranza tagħhom jittieħdu l-isptar għall-kura. Dan qed iseħħ ġimgħat wara l-massakru li seħħ f’Orlando.
Il-Pulizija qed tipprova tiddetermina l-motif wara dan il-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.