Il-Qorti sabet li hemm biżżejjed provi biex Faisal Iddrisu, mill-Ghana ta’ erbgħa u tletin sena jitpoġġa taħt att ta’ akkuża dwar il-qtil doppju ta’ anzjan u mara fil-Marsa.
L-akkużat jinsab mixli li x-xahar li għadda qatel lil Joseph Bartolo ta’ tlieta u sebgħin sena u Carmen Abela ta’ sitta u ħamsin sena b’daqqiet ta’ mqass.
Fid-digriet tagħha, il-Maġistrat Gabriella Vella osservat li x-xhieda qablet dwar dak li seħħ dakinhar tal-omiċidju. Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti bagħtet il-każ quddiem l-Avukat Ġenerali li trid tiddeċiedi toħroġ l-atti tal-akkuża kontra l-akkużat.