Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli jagħmlu minn kollox. Forsi l-ikbar sodisfazzjon tkun meta jsalvaw ħajjet in-nies.
Iżda ftit tal-ġimgħat ilu rajna xena verament mhux tas-soltu, meta isalvaw numru ta’ qtates li kienu f’binja li ħadet in-nar fil-Floriana.
Kienet b’kura kbira li dawn il-membri li jidhru fil-filmat ħarġu l-qtates u saħansitra provdew l-ossiġnu lil dawk li kellhom problemi bin-nifs. Ġest li mingħajr ma trid inissel sens ta’ ħlewwa, forsi għaliex tispikka l-vulnerabilità tal-ħlejjaq żgħar f’idejn dawk li salvawhom.
https://www.youtube.com/watch?v=sQwSp53WGdQ