B’appuntament fiss ġimgħa wara l-oħra, Oriana Farrugia se terġa’ tiħodna f’lokalita’ oħra permezz tal-programm QRIBEK il-Ħadd 17 ta’ Marzu. Din il-ġimgħa, Oriana se tkun qed iddawwarna madwar Ħal Luqa, sabiex flimkien inkunu nistgħu nesploraw il-proġetti tant sbieħ li saru f’din il-lokalita’, f’dawn l-aħħar snin.
Oriana se tkun qed tiltaqa’ mas-Sindku John Schembri, li se jitkellem dwar ftit mill-proġetti li saru, fosthom il-Bandli ġewwa Misraħ iż-Żgħażagħ; it-Triq 9 t’April biswit il-Knisja Parrokkjali; ir-restawr tal-istatwa tal-Kunċizzjoni u il-latrina pubblika li ġiet estiża bħala uffiċju pubbliku għar-residenti Ħal Luqin.
Bħal kif isir f’kull programm, se nitkellmu ma’ bosta residenti tar-raħal sabiex jgħidulna x’jaħsbu dwar dawn il-proġetti. Dan u iktar, il-Ħadd 17 ta’ Marzu fl-10am fuq ONE.