It-tieni vaċċin kontra l-Coronavirus wasal biex jiġi approvat fl-Istati Uniti, hekk kif bord ta’ esperti xegħlu l-bozza l-ħadra għal dan il-vaċċin li ġie żiluppat minn Moderna.
Il-Kap tal-Aġenzija Amerikana għall-Ikel u l-Mediċini, l-FDA, qal illi l-aġenzija waslet fl-aħħar fażi biex tippermetti lill-kumpanija Moderna tibgħat miljuni ta’ dożi tal-vaċċin lejn l-Istati Uniti.
Fil-jum tal-Ħamis, il-bord konsultattiv tal-FDA qabel li l-benefiċċji tal-vaċċin żviluppat mill-Moderna huwa sinifikanti kontra r-riskji tal-virus għal persuni li għandhom aktar minn 18-il sena.
Dan se jsegwi l-vaċċin tal-Pfizer/BioNTech, li diġà huwa awtorizzat u qed jingħata liċ-ċittadini Amerikan f’każ ta’ emerġenza.