F’Malta hawn qrib l-erbat elef u disa’ mitt għalliem u għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha ta’ Malta.
Dan skont tagħrif parlamentari li ngħata mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fis-seduta parlamentari tat-Tnejn filgħaxija.
Sas-sitta ta’ Settembru, l-aħħar data li ġiet miġbura din l-informazzjoni kien hawn elfejn seba’ mija sitta u sittin għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-iskejjel tal-istat.
Elfejn mija u sitta u għoxrin għalliem ieħor qed jagħtu servizz fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti kemm f’livell primarju u anki sekondarju.
Intant fil-Parlament, il-Ministru għall-Edukazzjoni qalet li fl-aħħar tliet snin kien hemm elf seba’ mija sitta u ħamsin ġenitur li ġew imsejħa biex jidhru quddiem it-Tribunal Lokali biex jirrispondu dwar il-fatt li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola.
Fl-aħħar sena skolastika imbagħad kien hemm biss ħames studenti li telqu mill-iskola qabel għalqu sittax-il sena.