Malta se tkun qed tirrevedi l-proċess tad-dfin ta’ persuni bil-Covid-19.
Dan wara proċess t’evalwazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-linji gwida fejn jidħol dfin ta’ persuni bil-Coronavirus u li wasslet għar-reviżjoni tal-prassi eżistenti.
Minn issa ‘l quddiem, il-qraba ta’ persuni li jkunu mietu bil-Covid-19 se jkollhom ċans sa erbgħa u għoxrin siegħa biex jidfnu lill-qraba tagħhom.
Se jkun permessibbli wkoll li jsir funeral fi knejjes u postijiet ta’ qima, bl-istess regoli li hemm fis-seħħ fil-knejjes bħalissa.