Għaddiet sena mit-traġedja ta’ Genoa fl-Italja. Traġedja li ħalliet warajha 43 vittma. Dan l-inċident qed jiġi mfakkar b’quddies fi sfond ta’ tensjoni politika qawwija fil-pajjiż Taljan.
Huwa mifhum li l-Kap Eżekuttiv u ċ-Ċermen tal-kumpanija infrastrutturali Atlantia, li ħadmu fuq il-pont li kkollassa f’Genoa, ġew mitluba jitilqu ftit minuti qabel bdiet iċ-ċerimonja minn qraba u ħbieb il-vittmi.
Il-pont, li jagħmel parti minn triq Morandi kkollassa waqt xita qawwija fl-2018 u miegħu ntradmu numru ta’ karozzi. Sal-lum il-ġurnata għad hemm it-tiġrif u t-tifrik tal-ħerba li seħħet.