Sa mit-tnedija tiegħu f’Settembru tal-2015, il-maġġoranza ta’ telefonati li rċieva l-helpline 1777 li jispeċċjalizza fil-vizzju tal-logħob, kienu mingħand qraba tal-vittmi.
Din kienet informazzjoni li ngħatat mill-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli li taħdem biex tagħti għajnuna lil vittmi nfushom u lil familjari tagħhom.