L-Imħallfin Skoċċiżi ċaħdu t-tielet appell tal-familja ta’ al-Megrahi akkużat bl-isplużjoni tal-ajruplan f’Lockerbie.
Il-familja ta’ Abdelbaset al-Megrahi, li miet fl-2012, argumentat li kien vittma tal-inġustizzja.
Iżda l-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat il-verdett tal-kawża oriġinali, li saret f’Qorti speċjali Skoċċiża fl-Olanda fl-2001.
Megrahi huwa l-unika persuna li nstab ħati bl-isplużjoni tat-tijira ta’ Pan Am 103 f’Diċembru tal-1988.
L-isplużjoni fuq l-ajruplan qatlet 259 passiġġier u l-membri tal-ekwipaġġ abbord it-titjira.
Apparti hekk, 11-il persuna oħra mietu f’Lockerbie wara li fdalijiet tal-ajruplan waqgħu fuq id-djar tan-nies.