L-influencer Andrew Tate u ħuh Tristan se jibqgħu arrestati sas-sebgħa u għoxrin ta’ Frar, wara li Qorti Rumena estenditilhom il-perjodu tad-detenzjoni.
L-aħwa qed jiġu investigati fuq allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali u sfruttament, u l-imħallef iddeċieda li jibqgħu jinżammu fil-ħabs għal tletin jum ieħor sakemm ma l-Pulizija jibnu l-każ tagħhom.
Tate u ħuh qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.
Andrew Tate għandu miljuni ta’ segwaċi online, minkejja li ġie pprojbit minn siti bħal TikTok, Instagram, Facebook u YouTube kawża ta’ kummenti miżoġinisti.
Huwa mar jgħix Bucharest ħames snin ilu u ġie arrestat ix-xahar li għadda wara li sar rejd fi-dar tiegħu.
L-awtoritajiet qed jallegaw li l-aħwa jagħmlu parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata li kien jisfrutta lin-nisa billi jisfurzahom joħolqu kontenut pornografiku.